Tuesday, December 24, 2024

Tfajla bi ġrieħi gravi wara li waqgħet żewġ sulari minn fuq il-bejt f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 18 -il sena mill-Bulgarija qed issofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kienet involuta f’inċident fi Triq San Ġużepp f’Raħal Ġdid.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma waqgħet madwar żewġ sulari minn fuq il-bejt ta’ residenza.

Tim mediku assista lill-vittma u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport