Thursday, November 6, 2025

Tfajla bi ġrieħi ħfief u anzjana bi ġrieħi gravi wara inċident fin-Naxxar

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tat-8:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kappella ta’ Xagħra, fin-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena u Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 61 sena. Passiġġiera fil-Mercedes kien hemm mara ta’ 73 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tfajla kif ukoll lill-passiġġiera tal-Mercedes l-Isptar Mater Dei. Aktar tard tard l-anzjana kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport