Monday, December 23, 2024

Tfajla b’kumplikazzjonijiet fil-fwied tmut bil-Covid-19 f’Sussex

Aqra wkoll

Il-ġenituri jappellaw biex il-poplu jieħu din il-pandemija b’serjetà

Il-familja tat-tfajla ta’ 21 sena li mietet bil-coronavirus qalu li jinsabu kompletament imkissrin wara l-mewt tagħha.

Katie Horne minn Burgress Hill f’Sussex iddaħħlet fi sptar madwar erba’ ġimgħat ilu wara li bdiet tbati b’kundizzjoni severa fil-fwied. Oħtha Emma qalet li Katie kellha bżonn trapjant, iżda minħabba l-Covid-19 hija mietet is-Sibt li għadda.

Meta tkellmu ma’ BBC, il-ġenituri tal-vittma qalu li jixtiequ li l-poplu jifhem kemm hi serja din is-sitwazzjoni. Oħtha spjegat li l-proċedura kienet waħda mexxejja sakemm irriżulta li t-tfajla kienet ġiet infettata bil-virus u b’hekk ma setgħetx tibqa’ fuq il-lista ta’ dawk li kellhom bżonn it-trapjant.

It-tfajla kienet fost dawk meqjusin bħala vulnerabbli u rnexxielha tikkumbatti l-virus għal 12-il ġurnata biss. F’dan il-perjodu hi kellha bżonn il-ventilatur biex setgħet tieħu n-nifs.

Ekonomija

Sport