Saturday, December 21, 2024

Tfajla fil-periklu tal-mewt wara attakk minn kelb il-baħar fil-port ta’ Sydney

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 25 sena kellha tittieħed l-isptar b’urġenza hekk kif sfat attakkata minn kelb il-baħar f’Elizabeth Bay, fil-port ta’ Sydney. L-attakki minn klieb il-baħar huma pjuttost komuni fil-kontinent Awstraljan u dan l-inċident ifakkarna kemm il-bniedem għandu joqgħod attent u jirrispetta abitat li mhuwiex tiegħu.

F’dan il-każ il-vittma hija tfajla fi fjur żgħożitha li spiċċat tissielet għal ħajjitha. Is-servizzi tal-emerġenza marru ta’ malajr f’Billyard Avenue fit-7.45 ta’ filgħaxija lbieraħ (ħin Awstraljan) fejn sabu l-mara b’gidma kbira f’saqajha u konsegwenza ta’ dan, hija bdiet titlef ħafna demm. 

Filwaqt li din it-tfajla ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post, hija ttieħdet bl-ajru lejn l-isptar ta’ San Vinċenz fejn il-kundizzjoni tagħha ġiet stabbilita bħala waħda kritika.

Ekonomija

Sport