Wednesday, July 16, 2025

Tfajla fl-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tas-7:15 a.m.,  il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar ntlaqtet minn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti r-Rabat. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, waqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. 

Il-Maġsitrat Dr. Antoine Agius Bonnici LL.D. ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport