Tfajla kellha tiddaħħal l-Isptar minħabba ġrieħi li sofriet f’inċident stradali li seħħ għall-ħabta tas-6:00 p.m fi Triq il-Kosta.
Minn stħarriġ illi sar jidher li tfajla ta’ 20 sena residenti Pembroke ntlaqtet minn karozza tat-tip Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 60 sena residenti Ħal Għaxaq.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lit-tfajla sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhijiex magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.