Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ hekk kif it-Toyota Vitz li kienet qed tinsaq minn Indjan ta’ 31 residenti San Pawl ħabta ma’ karozza Smart li kienet qed tinsaq minn raġel ta’ 28 residenti tal-Pietà.
Mal-impatt, il-karozza Smart imxiet ‘il quddiem bil-konsegwenza li ttajret tfajla ta’ 17-il sena mill-Vietnam residenti Marsascala.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn ta l-ewwel għajnuna lil mara u wara ttieħded l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qiegħda tinvestiga dan il-każ.
Aktar kmieni: Mara tittajjar fi Triq Diċembru Tlettax
Dan is-sit jinsab informat li għall-ħabta tas-5.45pm ittajret persuna fi Triq Diċembru 13. L-ewwel indikazzjonijiet juru li din il-persuna ttajret minn karozza Smart. Jidher li fil-każ hemm involuta wkoll karozza Toyota Vitz fejn is-sewwieq baqa’ dieħel fil-karozza ta’ quddiemu.
L-ewwel indikazzjoni hija li l-persuna li ttajret hija mara ta’ nazzjonalistà barranija.
Minħabba l-inċident it-triq direzzjoni it-traffiku hu miexi bil-mod ħafna. Għall-ewwel it-triq kienet magħluqa għat-traffiku, iżda issa jidher li hemm linja waħda miftuħa. Is-sewwieqa huma mħeġġin biex jevitaw iż-żona.
Aktar dettalji dalwaqt…