Milica Vukicevic, tfajla ta’ 15-il sena li ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija fil-25 ta’ Marzu li għadda nstabet qawwija u sħiħa.
Fi stqarrija maħruġa b’talba għall-għajnuna l-pulizija kienet qalet li hija dehret l-aħħar fl-inħawi tal-Imġarr
Ilbieraħ filgħaxija: Tfajla rrappurtata nieqsa
Milica Vukicevic, tfajla ta’ 15-il sena, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.
Hija dehret l-aħħar nhar is-27 ta’ Marzu fl-inħawi tal-Imġarr u kienet liebsa jeans u flokk iswed, kif ukoll baskett iswed.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.