Tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal Lija sofriet ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku, f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 p.m. fi Triq Dun Karm.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien seħħ impatt bejn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena mill-Maċedonja residenti Birkirkara, u Toyota Tercel li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 19-il sena residenti l-Pietà. Fit-Tercel kien hemm ukoll mara ta’ 19-il sena residenti Ħal Lija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.