Tfajla sofriet ġrieħi gravi wara li għall-ħabta ta’ 11:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li tfajla mill-Kolombja ta’ 21 sena, intlaqtet minn Honda Civic li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti Pembroke.
Il-Kolumbjana ngħatat l-għajnuna minn tim mediku fil-post sakemm setgħet tittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.