Monday, October 28, 2024

Tfajla stuprata f’bitħa ta’ knisja f’Oxford

Aqra wkoll

Mara ġiet stuprata f’bitħa ta’ knisja wara li fis-sigħat bikrin kienet attakkata waqt li kienet miexja lejn id-dar minn lejl barra. Il-vittma, ta’ 20 sena, kienet miexja lura miċ-ċentru tal-belt ta’ Oxford meta ġiet avviċinata u mwaqqfa minn raġel. Hija ġiet imkaxkra lejn il-bitħa tal-Knisja ta’ San Klement u stuprata.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ f’Marston Road bejn it-3 u t-3.30 ta’ filgħodu tal-Ħadd li għadda. Filwaqt li l-Pulizija ta’ Oxford bdew l-investigazzjoni, il-vittma qed tiġi appoġġjata minn uffiċjali mħarrġa apposta.

Is-suspettat u l-vittma dehru flimkien biswit l-uffiċini tal-aġenti tal-proprjetà ta’ Taylor fi Triq St Clements qabel l-inċident.

L-ispettur kap tad-ditektifs James Horseman appella lill-membri tal-pubbliku li f’dak il-ħin ħarġu min-nightclub Half Moon biex jersqu ‘l quddiem u jgħaddu kull informazzjoni li għandhom lill-pulizija.

Il-Pulizija ta’ Thames Valley, għamlet dan l-appell  billi qabel ma seħħ ir-reat, x’aktarx li l-ħati u l-vittma dehru jitkellmu ma’ membri tal-pubbliku li kienu telqu mis-nightclub Half Moon.

Dan ir-reat x’aktarx li jikkawża tħassib kbir  fost in-nies, iżda l-investigaturi assiguraw lil kulħadd li qed jagħmlu investigazzjoni bir-reqqa ta’ dan l-inċident.

Nhar is-Sibt li għadda, f’każ ieħor separat, mara ttieħdet l-isptar wara li allegatament ġiet stuprata fit-triq f’Londra fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Sport