Friday, May 17, 2024

Tfajla ta’ 17-il sena rrappurtata nieqsa

Aqra wkoll

Shakira Degabriele, tfajla ta’ 17-il sena, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

Hija dehret l-aħħar is-Siġġiewi u kienet liebsa shorts iswed u flokk irrigat blu u aħmar. Il-kulur ta’ xagħarha huwa iswed u twil.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Sport