Tuesday, May 14, 2024

Tfajla ta’ 19-il sena l-Isptar wara ħabta fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 19-il sena residenti s-Siġġiewi li kienet passiġġiera f’vettura kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn żewġ vetturi fis-Siġġiewi.


Kien għall-ħabta tat-2.45 p.m. meta l-pulizija kienet infurmata b’inċident fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi kantuniera ma’ Triq l-Għid.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti s-Siġġiewi u Toyota Corolla. Passiġġiera fil-Honda Fit kien hemm it-tfajla ta’ 19-il sena.

Parti mit-triq kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku u ssejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla lejn l-Isptar għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa filwaqt li s-sewwieqa tal-vetturi ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport