Tfajla Taljana ta’ 15-il sena, residenti San Ġwann, tilfet ħajjitha wara li waqgħet minn għoli waqt li kienet f’appartament tas-Sliema.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li persuna sofriet xi ġrieħi wara waqa’ minn gallarija t’appartament fil-Ponta ta’ Tigne, tas-Sliema.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret rriżulta li, għal xi raġuni, t-tfajla waqgħet madwar erba’ sulari għoli minn ġol-gallarija.



Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna imma sfortunatament, il-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.