Kien għall-ħabta tad-8.45am meta l-pulizija ġew informati li fi Triq Reġjonali l-Imsida kienet seħħet ħabta bejn 3 karozzi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-karozzi nvoluti huma Isuzu Elf misjuqa minn raġel ta’ 48 residenti l-Gżira, karozza oħra tal-għamla Honda Civic li kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 residenti l-Mosta u karozza oħra Mini.
Il-Mini kienet misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena residenti x-Xagħra Għawdex li kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li sofriet xi ġrieħi f’wiċċha.
Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.