Tfajla mietet wara li ntlaqtet minn sajjetta f’Oklahoma fl-Istati Uniti waqt li kienet qiegħda tgħum. Il-każ seħħ hekk kif it-tfajla kienet flimkien ma’ ħbieb tagħha jgawdu l-baħar f’Blue Hole Park meta maltempata bis-sajjetti laqtet iż-żona.
Skont aġenziji tal-aħbarijiet fl-Istati Uniti qalu li sħabha li kienu magħha ndarbu ħafif, u qegħdin jingħataw il-kura fl-Isptar.
Dan mhux l-ewwel każ li sajjetta qatlet persuni fl-Istati Uniti. Fl-2012 sajjetta kienet qatlet mara ta’ 61 sena hekk kif kienet quddiem id-dar tagħha. S’issa fl-Istati Uniti din is-sena biss ġew ikkonfermati 9 każi ta’ persuni li mietu b’sajjetta.