Saturday, December 21, 2024

Tfajla tweġġa’ gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll u nqaleb

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-11:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat traffiku fi Triq l-Imdina, ir-Rabat. 

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 25 sena resident il-Mosta, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Volkswagen Bora, tilef il-kontroll, ħabat ma’ ċint u nqaleb. 

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew lir-raġel u żewġ passiġġieri sabiex  jinħarġu mill-vettura, u tim mediku li assista lill-persuni fuq il-post.  

Ambulanza ħadet liż-żewġ passiġġieri – mara ta’ 51 sena u tfajla ta’ 18-il sena, it-tnejn  residenti l-Mosta – l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn il-mara ġiet iċċertifikata li  weġġgħet ħafif filwaqt li t-tfajla ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport