Żagħżugħ mill-Montenegro u tfajla mis-Serbja inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti b’rabta mas-sejba tad-droga f’karozza li kienu għadhom kemm waslu biha Malta minn Sqallija.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur John Leigh Howard, spjegat li ż-żewġ imputati Nikolina Vranic u Osmajic Branco, kienu mixlijin li kellhom fil-pussess tagħhom, u impurtaw droga tat-tip il-kannabis, kokaina u ecstasy.
Ġie spjegat li l-koppja kienet f’Volkswagen misjuqa mir-raġel meta twaqqfet ftit wara li waslu Malta bil-katamaran minn Sqallija fuq suspett ta’ traffikar u importazzjoni tad-droga mill-Italja.
Quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco, Vranic u Branco wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi miġjubin kontrihom.