Friday, November 22, 2024

Tfajla u ġuvni mmultati €900 wara li jagħmlu offiża fuq uffiċjal tal-Pulizija meta kienu fi grupp ta’ sitt persuni

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 18-il sena, residenti San Pawl il-Baħar u tfajla ta’ 20 sena residenti Siġġiewi, tressqu b’arrest il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia,  akkużati talli nhar l-1 ta’ Mejju, 2020,  għall-ħabta tas-2.00 a.m., fix-Xatt ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan, heddew u għamlu offiża fuq uffiċjali tal-Pulizija. Huma kienu akkużati wkoll li kisru l-bon ordni u l-paċi pubblika, kif ukoll li kisru l-ordni tal-Avviżi Legali li jipprojbixxu gruppi ta’ iktar min tliet persuni, meta huma kienu fi grupp ta’ sitt persuni. 

Iż-żewġ żgħażagħ ammettew l-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom. Il-ġuvni ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien 8 xhur, waqt li t-tfajla ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien 6 xhur. Huma kienu mmultati wkoll €900 kull wieħed. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri mid-Distrett ta’ San Ġiljan. 

Sport