Monday, November 3, 2025

Tfajliet U/17: Wirja qalbiena mhux biżżejjed għall-Maltin

Aqra wkoll

MALTA……..…1

LITWANJA…..3

Malta tilfet bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Litwanja fil-Kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA WU17 nhar it-Tnejn, minkejja li tat wirja qalbiena matul id-90 minuta.

Il-Litwanja marru il-vantaġġ wara biss tliet minuti, hekk kif Justina Blazevicute ħadet vantaġġ minn xi nuqqas ta’ komunikazzjoni fil-qalba tad-difiża Maltija, billi xeħtet il-ballun fix-xibka.

Paulina Mockute kważi rdoppjat l-iskor għal-Litwanja, wara li kellha daqqa ta’ ras li laqtet il-mimduda. Fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, Malta dehret li kisbet kunfidenza hekk kif it-taqsima kompliet, billi indirizzat numru ta’ krossijiet perikolużi fil-kaxxa.

Malta kompliet tidher ta’ theddida fl-attakk, u fis-27 minuta, il-ballun intemm għand Amy Bello Catania, u hija ppruvat xortiha minn distanza, iżda x-xutt tagħha ġie salvat bil-kalma minn Ieva Kaminskaite.

Il-Maltin kellhom opportunità tajba biex iġibu l-iskor indaqs fid-39 minuta, wara li Kay Axiak għaddiet tajjeb lejn Nina-Lee Naudi, qabel ma din tal-aħħar għelbet lill-markaturi tagħha, iżda x-xutt tagħha kien dgħajjef u ma impenjax lill-goalkeeper avversarja.

Fl-aħħar taqsima, Catania resqet qrib ħafna li ġġib l-iskor indaqs għall-Maltin, hekk kif corner minn Naudi sab lil difensur Maltija, li d-daqqa ta’ ras tagħha ġiet salvata b’diffikultá minn Kaminskaite.

Fit-tieni taqsima, il-Litwanja ħarġu ferm aggressivi, u rduppjaw il-vantaġġ fis-60 minuta, wara li Blazevicute u wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper Maltija, tefgħet ġewwa.

Minkejja dan, Malta kompliet tisfida u tfittex li tidħollura fil-logħba. Fil-65 minuta, Malta rebħet freekick minn distanza twila, u Catania kellha x-xutt sabiħ tagħha li għadda ftit ’il fuq mill-mimduda.

Fid-69 minuta, il-Litwanja resqet qrib li żżid il-vantaġġ tagħha, wara li Blazevicute kellha t-tentattiv tagħha salvat b’mod intelliġenti minn Camilleri, u r-rebound sussegwenti mbagħad ġie kklerjat minn fuq il-linja minn Catania.

Blazevicute rnexxielha tikseb il-hat-trick tagħha fis-76 minuta, billi avvanzat tajjeb, qabel ma sabet ix-xibka biex għamlet l-iskor 3-0.

Malta kompliet tiġġieled sal-aħħar, u kisbet il-premju tagħha fl-84 minuta, wara li xutt ġie salvat minn Kaminskaite, iżda ntemmgħand Amberley Borg, li mir-rebound tefgħet ġewwa.

Il-partita li jmiss ta’ Malta fil-Kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA WU17 se tkun nhar il-Ħadd 9 ta’ Novembru f’nofsinhar, meta se jilagħbu kontra l-Iżvezja fis- Centenary Stadium.

Malta: 12 Katelyn Camilleri (GK), 2 Amy Bello Catania, 5 Krista Sacco (13 Jade Micallef Cassar, 73’), 6 Amy Portelli, 8 Martina Vassallo (7 Erika Cini, 73’), 10 Kay Axiak (19 Amberley Borg, 60’), 14 Al-Ninah, 60’, 15 Naudi (Sara C Ghio), 15 Naudi (73’) Anneloes Shaladi, 21 Ana Mercieca (18 Pearl May Schembri, 60’), 22 Isabelle Said Kowċ: Clint Tabone

Litwanja: Ieva Kaminskaite (GK) (C), 3 Aleksandra Samoilenko, 4 Ugne Gruodyte, 5 Ausrine Jankunaite, 7 Elizabeth Aleksandra Dudka (10 Agata-Marija Kairyte, 46’), 8 Auguste Augenaite, 9 Paulina Mockute (13 Shantale Korol, 63’), 15 Justina Blazevicute (11 Adele Stalnionyte, 79’), 20 Iveta Kalvyte, 23 Adriana Bystronovskaja (19 Gryte Vaisbrode, 46’) Kowċ: Vadim Carabetchi

Referee: Duygu Hatice Aydin (Turkija)

Skorers: Justina Blazevicute 3, 60, 76 (L), A. Borg 84 (M)Ammoniti: Amy Portelli, Nina-Lee Naudi (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport