Tuesday, March 11, 2025

Tfajliet U17: Imsejħa l-iskwadra nazzjonali għall-Kampjonat Ewropew

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-17-il sena tat-Tfajliet, Clint Tabone,  ħabbar skwadra ta’ 20 player għall-partiti validi mill-kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, li se jintlagħbu fil-jiem li ġejjin.  

It-team żagħżugħ Malti se jkun qed jiffaċċja lil Bulgarija, li Lussemburgu u lil Azerbaijan fi Grupp B2 tar-Round 2 tal-kompetizzjoni, bil-logħbiet se jsiru, fil-Bayil Stadium, fl-Azerbaijan. 

L-ewwel partita ta’ Malta se tkun kontra l-Bulgarija,  għada, l-Erbgħa 12 ta’ Marzu, fil-11.00 am. (8.00 am ħin ta’ Malta). 

Din se tkun segwita bil-konfront kontra l-Lussemburgu, nhar is-Sibt 15 ta’ Marzu, fl-istess stadium u fl-istess ħin.  

L-aħħar partita se tintlagħab kontra t-team ospitu, l-Azerbaijan, nhar it-Tlieta, 18 ta’ Marzu, fil-Bayil Stadium, fis-1.00 pm (10.00 am ħin ta’ Malta).

L-iskwadra ta’ 20 player imsejħa mill-coach Clint Tabo­ne hija: 

Goalkeepers: Maya Muscat (Hibernians), Julia Maria Zarb (Lija)

Difensuri: Amy Bello Catania, Jade Galea, Edeson Grixti (Hibernians), Kesia Farrugia (Lija), Amy Portelli (Swieqi U.), Krista Sacco (Birkirkara)

Midfielders: Amberley Borg, Erika Cini (Lija), Danicia Ciantar (Valletta),  Shaiel Falzon (Swieqi U.), Alanah Ghio (Hibernians), Thais Muscat (San Gwann), Nina-Lee Naudi (Sampdoria – Italja), Shanaya Zammit Farrugia (Birkirkara)

Attakkanti: Lisa Calleja (Lija), Lara Micallef (Hiber­nians), Mariah Micallef (Birkirkara), Shanaia Mifsud (Valletta)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport