Saturday, December 21, 2024

Tfal imlaqqmin jistgħu jivjaġġaw mingħajr xkiel b’effett immedjat

Aqra wkoll

Il-Ministru Fearne ħabbar ukoll dwar rilaxx ta’ miżuri oħra u qal li mill-14 ta’ Frar ukoll, persuni li ġejjin minn barra u għandhom bżonn jagħmlu kwarantina, jekk għandhom karta tal-identità Maltija u għandhom indirizz fis f’pajjiżna, se jkunu jistgħu jagħmluha fir-residenza fissa tagħhom.

Ma’ dawn se jiżdiedu dawk il-persuni, impjegati li jkunu qed jaslu b’work permit li sa issa kienu obbligati jagħmlu kwarantina f’lukanda sakemm ma jkolljomx f’idejhom ċertifikat ta’ residenza fissa. Il-Ministru kompla li mit-tnejn 14 ta’ frar, dawn il-persuni, jekk ikollhom work permit in principle jistgħu jagħmlu l-kwaratnina f’residenza fissa.

B’effett immedjat it-tfal kollha, anke dawk bejn 5-11-il sena, li issa għandhom iċ-ċertifikat ta’ tilqim jistgħu, jivvjaġġaw mingħajr xkiel u mingħajr il-bżonn ta’ test tal-pcr.

Ekonomija

Sport