Għall-ewwel darba dan is-sajf, it-tfal li se jattendu Skola Sajf fl-iskola Primarja tal-Belt Valletta, issa se jkollhom klassijiet mgħammra b’arja kundizzjonata.
Ħabbar dan is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.
McKay jikteb li “wara kuntatt li għamilt mad-Direttorat tal-Eżamijiet, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, se jkunu qed jgħaddulna 6 air-conditioners portable, kollha serviced u nodfa, għall-użu fil-klassijiet, għax it-tfal tagħna jistħoqqilhom l-aħjar.”
Hu temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja ill-Ministeru tal-Edukazzjoni u lid-Direttorat tal-Eżamijiet.