Tuesday, December 24, 2024

Tfal mill-Belt jistgħu jmorru jaraw film bla ħlas fl-Embassy Cinemas bla limitu

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, f’kollaborazzjoni mal-Embassy Cinemas, nieda inizjattiva ġdida esklussiva għal tfal u familji Beltin. Permezz ta’ din l-inizjattiva, it-tfal mill-Belt Valletta ta`eta sa 11-il sena jkunu jistgħu jidħlu bla ħlas ma’ kull adult li jħallas, mingħajr limiti, fl-Embassy Cinemas, trid tiġi preżentata l-karta tal-identità. 

Dan il-proġett għandu l-għan li joffri opportunità ta’ divertiment għall-familji Beltin fil-qalba tal-Belt Kapitali, filwaqt li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u l-komunità. L-inizjattiva se tkun disponibbli esklussivament għal tfal u familji residenti fil-Belt Valletta, sabiex kull tifel u tifla jkollhom l-opportunità jgawdu ċ-ċinema fil-lokalita`.

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-inizjattiva u qal: “Dan il-proġett jagħti ċans lill-familji Beltin li jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, u fl-istess ħin, igawdu d-divertiment li joffru l-Embassy Cinemas. Inħeġġeġ lil familji Beltin tagħmel użu minn din l-opportunità unika u tgawdi ċ-ċinema ma` wliedhom.”

“Ninsabu sodisfatti immens li qed nagħmlu parti minn inizjattiva li ġġib il-ferħ taċ-ċinema lit-tfal u l-familji tal-Belt Valletta” qalet Bettina Azzopardi direttur maniġerjali tal-Embassy cinemas. 

Din l-inizjattiva hija eżempju ieħor tal-impenn tal-Kunsill Lokali biex joffri servizzi u attivitajiet ta’ valur għall-komunità Beltija.

Ekonomija

Sport