Tuesday, July 1, 2025

Tfal taħt it-12-il sena se jkunu qed jidħlu b’xejn għal-logħbiet kollha tal-Malta Premier

Aqra wkoll

Il-Malta Premier hija impenjata li tibni fuq is-suċċessi tal-istaġun li għadda filwaqt li tirfina oqsma oħra għal titjib kontinwu.

Għal darb’oħra, għall-istaġun 2025/2026, it-tfal kollha taħt it-12-il sena se jkunu qed jidħlu b’xejn għal-logħbiet kollha tal-Malta Premier.

It-tfal iridu jkunu akkumpanjati minn ġenitur jew kustodju u xorta jkollhom bżonn jiġbru biljett b’xejn mill-kabina tal-biljetti qabel ma jidħlu fl-istadium, peressli dan irid jiġi skenjat fil-bieb.

Din l-inizjattiva hija biss wieħed minn diversi passi li l-Malta Premier qed tieħu biex tattira aktar partitarji lejn l-istadium u ttejjeb l-Esperjenza tal-MatchDay – u tiżgura divertiment lil hinn mid-90 minuta tal-partita.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport