Tuesday, June 3, 2025

Tfittxija ġdida mill-pulizija Portugiża fl-investigazzjoni ta’ Madeleine McCann

Aqra wkoll

Il-pulizija Portugiża nhar it-Tlieta bdiet investigazzjoni ġdida ħdejn il-post fejn it-tfajla ċkejkna Madeleine McCann għebet waqt li kienet fuq btala mal-familja tagħha fl-2007. 

Madeleine għebet fl-età ta’ tliet snin minn appartament fir-resort kostali ta’ Praia da Luz fin-nofsinhar tal-Portugall. cL-aħħar tfittxijiet fl-investigazzjoni Portugiża saru f’Mejju tal-2023.

It-tfittxijiet il-ġodda huma mistennija li jkomplu sal-Ġimgħa u qed isiru fuq talba tal-awtoritajiet Ġermaniżi li qed jinvestigaw lil Christian Brueckner, is-suspettat ewlieni li jinsab akkużat li qatel lil Madeleine.

Bħalissa Brueckner qed jiskonta sentenza ta’ seba’ snin ħabs fil-Ġermanja fuq stupru li jmur lura għas-sena 2005.  Huwa ġie lliberat f’Ottubru 2024 fil-Ġermanja waqt proċess għal żewġ attakki sesswali u tliet stupri mwettqa fil-Portugall bejn l-2000 u l-2017.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport