Wildlife Rescue Malta tellgħet post fuq il-midja soċjali bi twissija għall-pubbliku. Ġiet infurmata minn xi passiġġiera li jużaw is-servizz tal-Gozo Channel li ntlemħet fekruna maqbuda f’xibka.
Huwa mifhum li s’issa l-fekruna għadha ma nstabitx għalhekk kull min jilmaħha għandu jċempel minnufih sabiex tingħata l-għajnuna meħtieġa fuq 99999505