Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha b’rabta ma’ hold up minn ħanut f’Birkirkara.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li huma kienu infurmati għall-ħabta tan-12:30 p.m, raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Minnufih bdiet tfittxija fl-akwati għall-ħalliel filwaqt li l-Pulizija qiegħda tanalizza filmati mill-cameras ta’ CCTV.
Dan kien it-tieni każ ta’ hold up minn din il-lokalità f’temp ta’ 48 siegħa wara li t-Tnejn li għadda seħħ każ ieħor fi Triq Triq Ġużè Orlando.
Dakinhar, raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal f’ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena minn Ħ’Attard. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Jidher li fortunatament ħadd ma ndarab f’dawn iż-żewġ każi.