Saturday, January 4, 2025

AĠĠORNAT: Mara arrestat b’rabta ma’ serqa fil-Gżira

Aqra wkoll

Tfittxijiet intensivi mill-pulizija wasslu biex ftit tal-ħin ilu, fil-Gżira, ġiet arrestata s-suspettata f’dan il-każ, mara ta’ 36 sena.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ din is-serqa għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Tfittxija għal persuna b’rabta ma’ serqa

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga serqa li allegatament seħħet aktar kmieni llum minn residenza fil-Gżira.

Kienu għall-ħabta tad-9:00 a.m, meta l-Pulizija ġiet infurmata li ftit qabel, persuna ħabbtet fuq bieb ta’ appartament fi Triq Giacint Tua, allegatament b’sikkina u daħlet f’residenza fejn dak il-ħin kien hemm raġel ta’ 28 sena minn Nepal.

Jirriżulta li l-persuna armata sakkret lir-raġel fil-gallarija u wara li nsterqu diversi oġġetti, il-persuna ħarbet minn fuq il-post. Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport