Il-pulizija kienu msejħa biex jassistu omm u tifel li ġew aggrediti b’sikkina f’Manchester. It-tifel ittieħed l-isptar immedjatament iżda sfortunatament miet siegħa wara filwaqt li l-omm tinsab rikoverata l-isptar.
Il-pulizija jaħsbu li l-agressur kien jaf lill-vittmi għalhekk dan huwa inċident maħsub. Huwa għadu qed jiġi mfittex mill-pulizija għalhekk għadu ma sar l-ebda arrest.
Il-pulizija għamlu appell lill-pubbliku biex min ikollu xi informazzjoni jċempel mill-ewwel. Żiedu jgħidu wkoll biex ħadd ma jagħmel kuntatt mal-agressur għax huwa perikoluż.
Huma qalu li se jkomplu jaħdmu bi sħiħ biex tinstab din il-persuna li tista’ tkun ta’ periklu fit-triq għal ħaddieħor.