Friday, December 13, 2024

Tfittxija għall-persuna li laqtet mara u baqgħet sejra fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi wara li lbieraħ għall-5:30 p.m kienet involuta f’inċident li seħħ fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara sofriet xi ġrieħi wara li allegatament intlaqtet minn vettura li telqet minn fuq il-post. 

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li ta l-ewwel assistenza lill-mara sakemm setgħet ttieħdet l-isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tinstab il-vettura li allegatament laqtet lill-mara. 

Ekonomija

Sport