Il-Pulizija ta’ New York u Washington DC jinsabu għaddejjin bi tfittxijiet intensivi għal raġel mgħammad li f’disat ijiem wettaq ħames attakki, uħud minnhom fatali, fuq persuni bla saqaf fuq rashom li kienu reqdin fit-triq.
Il-pulizija jemmnu li l-aggressur ta’ New York u ta’ Washington DC huwa l-istess wieħed għaliex dan jopera bl-istess mod. Min-naħa tagħhom is-Sindki ta’ dawn il-bliet qalu li teżisti l-biża’ li hemm “qattiel” jiġri mas-saqajn.
B’kollox kien hemm żewġ persuni li ġew maqtula, fejn f’każ minnhom l-aggressur ta daqqiet ta’ sikkina u spara fuq il-vittma u wara ta n-nar lit-tinda fejn kien jinsab rieqed il-vittma. Il-Pulizija ta’ Washington DC qalu li fit-3 u fit-8 ta’ Marzu, żewġ persuni ġew attakkati b’arma tan-nar f’nofs ta’ lejl u dawn sofrew ġrieħi iżda fortunatament ħelsuha ħafif.
B’ratba ma’ dawn il-każijiet, il-Pulizija ta’ DC qegħdin joffru s-somma ta’ $25,000 lil min jagħti informazzjoni li twassal għall-arrest ta’ dan l-individwu filwaqt li l-Pulizija ta’ New York qed joffru s-somma ta’ $10,000.