Għaddejja tfittxija għal erba’ ċittadini Amerikani li kienu maħtufa fil-Messiku l-ġimgħa li għaddiet f’dak li jidher li kienu involuti fi sparatura li ħalliet persuna Messikana mejta.
Ġie rrappurtat li huma kienu qegħdin isuqu minn Matamoros f’minivan abjad meta raġel armat, li għadu mhux identifikat, fetaħ in-nar fuqhom. Filmat li kien iċċirkolat fuq il-midja soċjali wera lil dawn il-persuni jittellgħu f’din il-vettura minn irġiel armati.
Il-President Messikan Andrés Manuel López Obrador qal li l-Amerikani kienu qegħdin jaqsmu l-fruntiera biex jixtru l-mediċini. Iżda l-istqarrija tiegħu ma kinitx ikkonfermata mill-uffiċjali Amerikani, li ma kinux semmew min kienu l-erba’ persuni rappurtati nieqsa.
Il-President López Obrador saħaq li l-gvern kollu kien qiegħed jaħdem biex dawn l-erba’ persuni jkunu rilaxxati. Huwa kellu wkoll taħditiet mal-Ambaxxatur tal-Istati Uniti Ken Salaza fil-Palazz Nazzjonali f’Mexico City matul il-jum tat-Tnejn.
Skont uffiċjal Amerikan li ma xtaqx jissemma b’ismu, l-investigaturi jemmnu li l-aggressuri probabbilment fixklu lill-Amerikani ma’ kuntrabandisti tad-droga f’Haiti.