Minn Anthea Cachia
Ftit jiem ilu l-Unjoni Ewropea (UE) ivvutat favur it-tneħħijja ta’ użu taċ-ċomb fl-ikaċċjar. Peress li l-voti nqasmu f’aktar minn darba waħda, qabel ma’ sar it-tieni vot il-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba u Konservazzjonisti ħeġġet biex din il-proposta titbgħat lura għand il-kumitat REACH (agenzjia xjetifika tal-Kummisjoni Ewropea) għall-emendi meħtieġa biex tkun aktar ġusta. Intant, il-buffer zone ta’ fejn wieħed jista’ jagħmel użu taċ-ċomb tnaqqset minn 400 għal 100 metru.
Għaldaqstant din il-leġislazzjoni, li wara numru ta’ sessjonijiet ta’ votazzjoni, tħabbret uffiċjalement, emendata, tindika li “kull ċittadin li jġorr munizzjoni ikkargat biċ-ċomb sa’ 100 metru fuq artijiet b’għadajjar jinstab ħati u għaldaqstant il-persuna ħatja jkollha tipprova l-innoċenza tagħha stess.” Kif ukoll, kull stat membru jista’ jinterpreta d-definizzjoni ta’ ‘art b’zoni t’għadajjar’, skond iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ pajjiżu.
Il-balal taċ-ċomb m’huwiex bħal balal oħrajn dan għaliex jispara diversi balal żgħar u mhux waħda bħal bulit ordinarja. Il-Birdlife tinsab kuntenta dwar dan il-vot u tgħid li, “iċ-ċomb ilu jintuża għal munizzjoni u tgħammir tas-sajd għal għexieren ta’ snin, minkejja l-għarfien ta’ kemm għandu mpatt devastanti fuq il-bniedem, in-natura u l-annimali selvaġġi.”
Żiedet tgħid ukoll li huwa stamat li kull sena madwar 21 u 27-il tunnellata f’ċomb jinfirex fl-ambjent ta’ l-istati memri tal-UE. Dawn il-balal taċ-ċomb jiġu diġeriti minn għasafar tal-ilma fosthom ċinji, fjammini, papri u wiżż, kawża li jitfixkluhom ma’ xi ċagħaq jew żrieragħ.
Filwaqt li hija irringrazzjat lis-sitt Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) Maltin; Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Cyrus Engerer, Josianne Cutajar, David Casa u Roberta Metsola talli ivvutaw kontra din il-liġi flimkien ma’ 292 MPEs oħra, hija tfakkar li l-FKNK għamlitha ċara li m’hijiex kontra t-tneħħija , b’mod gradwali, ta’ sparar taċ-ċomb fuq artijiet b’żoni t’għadajjar.