Sunday, December 22, 2024

“Tgħajruhomx lil-Laburisti … hemm eluf minnhom li qed iħossuhom traduti”

Aqra wkoll

“Tagħjruhomx lil-Laburisti għax dawk huma Maltin bħalna. Hawn Laburisti, mhux ftit, imma eluf ta’ Laburisti li qed iħossuhom ingannati u traduti”. Iddikjara dan l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt li kien qieħed jindirizza lill-folla ta’ nies li nġabret għall-protesta Nazzjonali fil-Belt Valletta. 

Delia qal li din mhix se tieqaf hawn. Sostna li l-ġustizzja ma ssirx biss fil-Qorti. Sostna li meta l-ħallelin jinqabdu jkollhom iroddu lura kull ewro li serqu u għalhekk dawk responsabbli għandhom ipattu.

Huwa qal li din is-sentenza għenet biex nibtet it-tama u l-kuraġġ u ħeġġeġ lil dawk kollha quddiemu biex jibqgħu jaħdmu favur is-sewwa għax huma jixirqilhom aħjar.

Delia qal li Steward ma serqux lil xi politiku, iżda liċ-ċittadini u liż-żgħażagħ li qegħdin jaqtgħu qalbhom li jkomplu jgħixu f’pajjiżna. Saħaq li dawn serqu lill-professjonisti tas-saħħa li fl-aħħar jiem qalu li l-gvern qiegħed jumiljahom għax m’għandux flus għas-saħħa tal-poplu u ta l-miljuni lilhom. 

Delia saħaq li hemm bżonn li xi ħadd jerfa’ r-responsabbiltà u jġib lura l-flus lura li nsterqu. 

Ekonomija

Sport