Wednesday, December 25, 2024

Tgħid l-Anti Ċiklun Afrikan se jċedi bħal lum ġimgħa?

Aqra wkoll

L-Anti Ċiklun Afrikan li jiddomina l-Mediterran u anke diversi pajjiż Ewropej din is-sena baqa’ f’saħħtu ħafna tant li x-xahar t’Ottubru ta’ din is-sena se jibqa’ mniżżel fl-istorja li fih niżlet l-inqas xita fih.

Iżda x’inhi s-sitwazzjoni? Hemm possibilita li nhar is-Sibt li ġej ikollna l-ewwel xita fuq il-gżejjer Maltin hekk kif pressjoni baxxa se tidħol minn fuq l-Ewropa. Iżda l-mistoqsija hija waħda, l-Anti Ċiklun se jċedi jew inkella se jibqa’ b’saħħtu biex b’hekk il-pressjoni baxxa ma tasalx fuqna?

Il-bassara tat-temp qegħdin kollha jaqblu li matul il-ġimgħa d-dieħla u allura anke fl-ewwel jiem ta’ Novembru t-temperatura se tibqa’ għolja aktar min-normal. Hemm indikazzjoni li wara l-4 ta’ Novembru t-temperatura se titbaxxa f’daqqa… iżda xejn ta’ barra min hawn, tiġi normali għaż-żmien tagħha.

Pero kif diġa’ spegajna aktar ‘il fuq wieħed għad irid jara x’effett se jkollha l-pressjoni baxxa li se tinżel minn fuq l-Ewropa u anke kemm se jitlef mill-intensita tiegħu l-Anti Ċiklun. Żgur li f’nofs il-ġimgħa d-dieħla l-bassara tat-temp ikollhom idea aktar ċara ta’ x’se jiġri.

Ekonomija

Sport