Wednesday, August 13, 2025

Tgħid li qabadha fuq it-tifla u hi qaltli li jekk se jibda  minn filgħodu jitlaq ‘l barra… telaq u ħa is-senter

Aqra wkoll

Agnes Mifsud, fix-xhieda tagħha fil-Qorti dwar il-qtil doppju fil-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat,  meta mistoqsija dwar x’ġara dakinhar tal-inċident, hija qalet li qamet fis-6.00 ta’ filgħodu  biex tieħu t-tè u l-akkużat, Carmelo Ciantar – id-Durga, beda jaqbadha fuq it-tifla tat-tifla tagħha. 

Żiedet tgħid li kien mqabbad magħha. Fil-kors ta’ din id-diskursata hija qaltlu li jekk se tibda minn filgħodu, jaqbad it-triq u jitlaq ’il barra. Fil-fatt, hija qalet li l-akkużat ħareġ u ħa miegħu s-senter. 

Wara li għadda ċertu ħin hi pprovat iċċempillu biex tara fejn qiegħed iżda hu ma weġibhiex. Qalet li ċemplet bejn ħamsa u sitt darbiet. Meta fl-aħħar qabditu, huwa allegatament qalilha li “qtilthomlok dawk il-fniek” u qata’ t-telefonata. Dak il-ħin hija sostniet li ma fehmitux x’ried jgħid b’dan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport