Tmut Mary Parker, l-ewwel mara li dehret fuq it-televiżjoni Awstraljan fl-etá ta’ 92 sena.
Parker kienet l-ewwel mara li dehret fuq l-istazzjon televiżiv f’Melbourne fl-1956, meta bdiet l-irwol innovattiv tagħha mal-ewwel stazzjon televiżiv ta’ Melbourne, Channel HSV-7.
Hija ġiet fi żmien meta n-nisa kienu meqjusa li ma għandhomx talent biżżejjed biex ikunu dawk il-persuni li jippreżentaw l-aħbarijiet.
Minkejja li kien hemm dawn l-isfidi, Parker kompliet tirrapreżenta il-bulettin tal-istazzjoni flimkien ma’ Eric Pearce u Danny Webb.
Dak iż-żmien, ir-rwol ta’ profil għoli ta’ Parker poġġa lill-Awstralja fuq quddiem nett tal-preżentazzjoni tal-aħbarijiet televiżivi.
Mary Parker twieldet fir-Renju Unit fl-1930. Ta’ 21 sena bdiet taħdem mal-istazzjonijiet televiżivi u fil-films Ingliżi, flimkien mal-leġġendi ta’ Hollywood; Boris Karloff, Douglas Fairbanks u Lloyd Bridges.