Saturday, December 21, 2024

Thake jikteb lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista David Thake ħabbar li kiteb lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga l-każ.

Huwa kiteb lil Dr Hyzler u rreferi għar-rapport fit-Times of Malta dwar pagamenti pendenti ta’ VAT tal-kumpanija tiegħu (Vanilla Telecoms Ltd.).

Huwa talbu formalment biex jinvestiga l-każ biex jiġi żgurat li ma nkisru ebda standards ta’ etika. Thake ikompli jikteb li hu se jibqa’ għad-dispożizzjoni biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu u biex jipprovdi kull dokumentazzjoni meħtieġa.

“Nirrispetta l-Uffiċċju tiegħek u għaldaqstant qiegħed personalment ninsisti li ssir investigazzjoni biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-kumpanija tiegħi bl-ebda mod ma jikkompromettu l-pożizzjoni tiegħi bħala membru parlamentari”, tenna Thake.

Ekonomija

Sport