Wednesday, April 24, 2024

“Thake qiegħed jipprova jagħmel użu minn skemi li l-Oppożizzjoni qiegħda tipprova twaqqaf” – Il-Ministru Clayton Bartolo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li l-Oppożizzjoni bid-diskors tagħha qiegħda turi li trid twaqqaf parti mill-pakkett ta’ għajnuna li dan il-gvern irid jagħti lin-negozji. Huwa qal dan waqt diskussjoni dwar il-mozzjoni li tħassar, tirrevokau tannulla r-regoli tal-2021 dwar l-estenzjoni mit-taxxa fuq trasferimenti ta’ proprjetà.

Bartolo spjega li din hija għajnuna li l-gvern ħareġ biex dawk il-kumpaniji li għandhom proprjetà f’isimhom, iżda li minħabba l-pandemija m’għandhomx il-cash flow biex jagħmlu ċertu pagamenti, il-gvern qiegħed jistedinhom ibigħuha u jekk jagħżlu li minnhom iħallsu l-ammont dovut. 

“Hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq ammont dovut minn snin ilu, jew qiegħed isir dan b’kapriċċ, dan qiegħed isir għax dan il-gvern qatt ma waqaf jgħin f’din il-pandemija. Il-gvern se jibqa’ jgħin anke fl-irkupru b’pakketti finanzjarji li qegħdin iħallu riżultati”, sostna Bartolo.

Bartolo tkellem dwar l-ironija li minkejja li l-Oppożizzjoni hija kontra ċertu skemi bħalma hija dik tat-tax deferrels meta għandek membri fl-istess Kamra fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni li “Thake se jipprova jagħmel użu minn din l-iskema”.

Sport