Waqt li kienet qed tindirizza Konferenza mill-Ambaxxaturi tal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Parlament Ewropew ħabbret li l-elezzjoni se jsiru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju tas-sena dieħela.
Roberta Metsola qalet li l-Unjoni Ewropea kompliet tevolvi kontinwament. Sostniet li “d-dinja qiegħed tinbidel u aħna rridu ninbidlu magħha. Neħtieħu wkoll riforma. Ma nistgħux nibżgħu mill-bidla. L-Unjoni Ewropea mhix perfetta. Irridu nilqgħuha billi nibqgħu nisimgħu, nibqgħu nispjegaw u nkisbu r-riżultati.
Hi temment il-messaġġ tagħha fejn ħeġġet lil poplu Ewropej biex fl-elezzjonijiet li ġejjin joħorġu jivvotaw. “Tħallix lil ħaddieħor jiddeċiedi għalik”, tgħid il-President Metsola.
“Inħeġġeġ lil kullħadd biex jaħtaf is-sens ta’ speranza u possibilitajiet li l-Unjoni EWropea toffri,” temmet tgħid Metsola