F’Jannar Gudja United qabdu l-barri minn qrunu u dawru r-rwol tagħhom minn team jissielet kontra r-relegazzjoni f’wieħed komdu f’nofs il-klassifika.
Dan għandu jkun attribwit lill-players iżda anke lill-coach tagħhom, Thane Micallef, li rnexxielu jmexxihom lejn l-ewwel tliet rebħiet konsekuttivi mindu ġew promossi fil-Premier League lura fl-2019.
It-tliet rebħiet tagħhom fuq Sta Lucia 3-0, Sliema Wanderers 1-0 u fuq Valletta 3-1 kienet kisba tassew rimarkabbli taħt il-gwida ta’ Micallef.
Huwa kiseb l-ikbar ammont ta’ punti fil-votazzjoni li fiha jieħdu sehem il-captains, il-coaches, l-istaff tekniku u l-media biex rebaħ dan l-unur.
Il-viċi-president tal-MFA, Adrian Casha u Wilfred Camilleri, Marketing Manager ta’ Motors Inc. ippreżentaw it-trofew lil Micallef li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.
Stabbiliti fl-2016, Motor Inc. Limited huma d-distributuri uffiċjali tal-ikona Jeep, magħrufa mad-dinja kollha kif huma wkoll distributuri lokali ta’ Kia, Alfa Romeo, Fiat, Iveco, Abarth u Hyundai.