Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, qal li waqt id-draw ta’ mingħajr goals kontra Borussia Dortmund kien tant imħasseb dwar il-kundizzjoni fiżika tal-attakkant internazzjonali Portugiż, Erling Haaland.
Is-Citizens kienu diġá kkwalifikaw għall-Aħħar 16 minkejja li Riyad Mahrez falla penalty.
Iżda l-attenzjoni tal-coach Guardiola kienet aktar immirata fuq Haaland milli fuq ir-riżultat innifsu, tant, li fil-bidu tat-tieni taqsima dan tal-aħħar ġie mibdul ma’ Bernardo Silva.
Guardiola qal: “Kien hemm tliet affarijiet li ħassbuni fuq Haaland. Rajtu tant għajjien; kellu ftit tad-deni u sofra daqqa f’siequ. Kien għalhekk li ma setax jilgħab fit-tieni taqsima.”
Mistoqsi jekk Haaland huwiex se jkun fl-iskwadra ta’ Manchester City meta nhar is-Sibt jiffaċċjaw lil Leicester City fil-Premier League, Guardiola wieġeb li ma setax jikkonferma. Iżda f’dan it-tlett ijiem se jagħmel minn kollox biex jara li Haaland ikun tajjeb għal-logħob.