F’Melbourne fl-Awstralja hemm tħassib kbir li l-lockdown mhuwiex iħalli r-riżultati meħtieġa u dan hekk kif fl-istat ta’ Victoria kienu rrapurtati l-akbar żieda ta’ mwiet kif ukoll żieda fil-każi.
Fl-aħħar sigħat kienu konfermati 13-il vittma tal-virus u 723 każ ġdid, żieda ta’ 36% meta mqabbel mal-każi rappurtati aktar kmieni din il-ġimgħa.
Dan qed iwassal għal biża’ li l-lockdown li beda fis-7 ta’ Lulju f’Melbourne se jkollu jiġi estiż. Din iż-żieda kienet tfisser li l-aħħar sigħat kienu l-dawk li l-aktar raw imwiet fil-pajjiż sa minn meta faqqgħet il-pandemija.
L-14-il vittma miet tard filgħaxija, iżda dan se jkun qiegħed jiġi inkluż fir-rapport li se jinħareġ b’rabta mal-ġurnata tal-Ġimgħa.
Uffiċjali qegħdin mill-ġdid iħeġġu lil dawk li qed jesperjenzaw xi forma ta’ sintomi sabiex jagħmlu t-testijiet u jevitaw milli jkollhom kuntatt ma’ persuni oħra sabiex jevitaw it-tixrid tal-virus.