Friday, November 15, 2024

Tħassib kbir dwar is-saħħa ta’ Gianluca Vialli li qed jiġġieled kontra l-marda tal-kanċer

Aqra wkoll

Qed jikber it-tħassib dwar is-saħħa ta’ Gianluca Vialli wara li ommu u ħuh vjaġġaw Londra biex iżuruh l-isptar fejn qed jingħata l-kura għall-kanċer tal-frixa.

L-eks player ta’ Sampdoria, Juventus u Chelsea,  58 sena, fil-ġimgħa li għaddiet irriżenja mill-kariga ta’ team manager tat-team nazzjonali Taljan biex jiffoka fuq il-ġlieda kontra l-marda.

Ommu, Maria Teresa ta’ 87 sena u ħuh Nino, ivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit biex ikunu miegħu għal tmiem il-ġimgħa minħabba li saħħtu qed tmur lura.

Vialli huwa miżżewweġ lil Cathryn White-Cooper, eks mudella, u għandhom żewġt ibniet żgħar. L-eks attakkant ilu jgħix f’Londra minn meta ħalla lil Chelsea … 20 sena ilu.

Vialli ġie djanjostikat għall-ewwel darba b’dan il-kanċer fl-2017 iżda wara li ġie kkurat fl-Isptar Royal Marsden ħabbar f’April 2020 li kien ingħata l-approvazzjoni li fieq mill-marda. 

Huwa kien jifforma parti mill-kamp Taljan li rebaħ il-Euro 2020 taħt it-tmexxija tal-coach, Roberto Mancini.

Iżda ftit wara dan it-trijonf, Vialli stqarr li l-kanċer kien reġa’ lura.

Għalhekk l-eks internazzjonali Taljan iddeċieda li jirriżenja mill-kariga tiegħu u bħalissa jinsab fl-istess sptar ta’ Londra fejn qed jagħmel il-kimoterapija.

Ekonomija

Sport