Wara l-eliminazzjoni tagħhom mit-Tazza Franċiża, Paris Saint-Germain irċevew aħbar oħra ħażina, ftit jiem biss qabel il-partita kontra Bayern Munich valida mill-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League.
Lionel Messi sofra injury fit-tela ta’ 2-1 kontra Marseille u għaldaqstant mhux se jkun disponibbli għall-konfront tal-kampjonat ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Monaco.
L-istaff mediku ta’ PSG għadu ma ħariġx rapport mediku uffiċjali, iżda għadhom jittamaw li l-injury hija waħda minima u li l-attakkant Arġentin jilħaq ikun tajjeb kontra Bayern.
Messi mhux se jkun l-uniku player nieqes kontra l-Ġermaniżi, hekk kif Kylian Mbappe mhux se jkun disponibbli.
L-attakkant Franċiż se jitlef il-partita taċ-Champions League wara li sofra injury kontra Toulouse fi tmiem il-ġimgħa li għadda, sitwazzjoni li se żżommu barra mill-azzjoni għal mill-inqas tliet ġimgħat.