Saturday, November 23, 2024

Tħassib serju dwar il-libertà tal-istampa fil-Filippini

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Maria Ressa, li hija ġurnalista veterana fil-Filippini, instabet ħatja ta’ libell u tista’ teħel sitt xhur ħabs. Din kienet sentenza li ħassbet lill-komunità internazzjonali hekk kif din hija xhieda li l-libertà tal-istampa qiegħda tkun mhedda f’dan il-pajjiż. 

Ressa hija s-sidt ta’ sit ġurnalistiku u hija kritika ħafna tal-president tal-pajjiż Rodrigo Duterte. Ressa, eks ġurnalista ta’ CNN u kap tas-sit www.rappler.com, instabet ħatja ta’ “libell ċibernetiku” għal artiklu li ppubblikat fl-2012 li h kienet semmiet lil negozjant b’rabta ma’ attivitajiet illegali. 

Wara li sar magħruf il-verdett, Ressa wiegħdet li mhix se tkun imsikkta u akkużat lill-qorti b’kompliċità f’kampanja biex toħnoq il-libertà tal-istampa f’dan il-pajjiż. Id-deċiżjoni kompliet tkabbar it-tħassib tal-komunità internazzjonali dwar id-drittijiet umani li hemm l-pajjiż, dan wara li Duterte kien iddikjara gwerra kontra l-barunijiet tad-droga li ħalliet eluf ta’ persuni mejtin. Riċentament huwa kien reġa’ qal li se joqtol lill-barunijiet tad-dorga, minkejja l-kundanna min-naħa tan-Nazzjonijiet Uniti. 

Apparti hekk, fil-jiem li ġejjin Duterte mistenni li jiffirma liġi antiterroristika, liġi li r-rivali tiegħu qegħdin iqisuha bħala theddida diretta lejhom. Iżda min-naħa tiegħu Duterte qal li din hija ntiża li tiġġieled l-estremiżmu. 

Sport