Sunday, November 10, 2024

Tħawwil ta’ siġar minn Nestlé Malta, f’inizjattiva pożittiva u favur l-ambjent

Aqra wkoll

Waħda mill-akbar kumpaniji fid-dinja, tal-ikel u xorb, Nestlé qed tkompli għaddejja bil-missjoni kostanti tagħha biex tagħmel id-dinja post aħjar, permezz ta’ atti żgħar u ta’ ġenorżitá. F’pajjiżna, Nestlé Malta dejjem uriet sens ta’ responsabiltá lejn il-valuri ewlenin, u li temmen fihom l-istess kumpanija, billi tippromowvi u timplimenta diversi inizjattivi soċjali u ambjentali.

Hekk kif qed tkompli tintensifika l-kriżi tal-klima, Nestlé Malta qed tkun minn ta’ quddiem biex tappoġġja t-tħawwil ta’ aktar siġar. Aktar kmieni din is-sena, il-kumpanija lokali kkollaborat mal-NGO lokali Fondazzjoni Wirt Artna, fit-tħawwil ta’ siġra għal kull impjegat fil-Park Naturali tal-Forti Rinella fil-Kalkara. L-idea wara din it-tip ta’ inizjattiva għandha wkoll l-għan li tagħmel tajjeb għall-effett li jħalli l-CO2, waqt li nappoġġaw kawża ambjentali. Il-pubbliku ġenerali laqa’ din l-inizjattiva ekoloġika ta’ Nestlé Malta, hekk kif wieġbet għas-sejħa li kienet qed issir biex tiżdied il-ħdura ambjentali madwar Malta u Għawdex.

Il-kumpanija globali bbażata f’Malta, Nestlé temmen bis-sħiħ li kull darba li twettaq inizjattivi soċjali favur l-ambjent ta’ dan it-tip, tkun qed tgħin fil-kisba ta’ żvilupp ambjentali sostenibbli. Bl-istess mod, din l-inizjattiva partikolari hija konformi mal-mira dinjija ta’ Nestlé, dik li jitħawlu mal-200 miljun siġra sal-2030. Għaldaqstant dan kollu jkompli jikkonferma l-impenn tal-kumpanija lejn il-komunitajiet li tifforma parti minnhom.

“Kull darba li nħawwlu siġar ġodda, inkunu qed nagħtu sehem dirett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Sfortunatament, iż-żieda gradwali fit-temperatura ġenerali tad-dinja, qed jagħmel kull mewġa ta’ sħana dejjem agħar madankollu f’dan il-każ, is-siġar jgħinu biex jonqsu l-effetti negattivi tas-sħana. Grazzi għal din l-inizjattiva ekoloġika, għal darb’oħra qed nikkonfermaw l-impenn tagħna sabiex naċċertaw li Nestlé Malta tkun ambjentalment responsabbli,” qalet Charlene Ellul, Corporate Communications Manager ta’ Nestlé Malta.

It-tħawwil ta’ dawn is-siġar jifforma parti minn ġest mill-isbaħ li għamel Nestlé Malta fiż-żmien tal-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena li għaddew, fejn kull sena l-kumpanija tagħti rigali b’differenza. Lil hinn minn dan, din l-inizjattiva soċjali hu mod ieħor ta’ kif issir aktar promozzjoni fl-għotja ta’ rigali sostenibbli. Il-kumpanija temmen li r-rigali ta’ dan it-tip, li jirrispettaw l-ambjent, hu l-aqwa messaġġ biex turi l-apprezzamment tiegħek lejn xi ħadd. Fl-istess waqt tkun qed tgħin sabiex tnaqqas l-impatt tiegħek fuq l-ambjent ta’ madwarna.

Din l-inizjattiva ambjentali ta’ tħawwil ta’ aktar minn 100 siġra fil-Kalkara, u li qed tkun ikkordinata minn Nestlé Malta, ma tieqafx hawn.

Il-kumpanija assumiet ir-responsabiltá kollha għall-preservazzjoni u l-kura ta’ dawn is-siġar sabiex jassiguraw li l-ġenerazzjoni futura tkun tista’ tgawdi r-riżorsi naturali.

Sport