‘The Good Ship Murder’ produzzjoni ċinematografika Ingliża irritornat Malta għat-tielet staġun konsekuttiv. Bħalissa il-films qed jinħademf’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż fosthom il-Mellieħa, il-Birgu u l-Belt Valletta.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech, żaru s-sett tal-produzzjoni sabiex jiltaqgħu mat-tim ta’ dan il-proġett li għandu baġit ta’ aktar minn €6 miljun.Din il-produzzjoni qed tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-ekonomija kreattiva lokali, b’aktar Maltin involuti f’dan is-settur.
Il-Ministru Bonnici iddikjara li l-industrija tal-films f’Malta qed tkompli ssaħħaħ il-profil internazzjonali tal-gżejjer u toħloq opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin, filwaqt li jkomplu jiġu attirati aktar investimenti fis-settur kreattiv.