L-omm tar-rispett ta’ Matthew Perry, Debbie, iddeskriviet lil Jasveen Sangha bħala persuna “bla qalb” f’dikjarazzjoni tal-impatt tal-vittma ppreżentata lill-qorti. Hija talbet lill-imħallef biex jagħtiha l-massimu żmien ħabs.
Mara magħrufa bħala il-‘Ketamine Queen’, pprovdiet id-doża fatali tad-droga li qatlet lill-attur Matthew Perry. Hi ġiet ikkundannata għal 15-il sena ħabs.
Matthew Perry, magħruf l-aktar għar-rwol tiegħu ta’ Chandler f”friends’, miet f’Ottubru 2023, meta kellu 54 sena. L-attur kien qed ibati mill-vizzji tad-drogi. Iżda, waqt li kien f’perjodu fejn ma kienx qed juża id-drogi, kien ħareġ b’memoir.
Huwa kien qed jieħu l-ketamina bl-għajnuna tat-tabib tiegħu. Din kienet bħala trattament legali u mingħajr tikketta biex jgħin fid-dipressjoni. Madankollu, fil-ġimgħat ta’ qabel mewtu, kien beda wkoll ifittex aktar mid-droga b’mod illegali.
Skont il-prosekuturi, id-dipendenza tiegħu fuq id-droga kienet bla kontroll fl-aħħar xhur tiegħu.
Ħames persuni, inklużi tobba u l-assistent personali tal-attur, ammettew il-ħtija tagħhom għal diversi akkużi konnessi mal-mewt tal-attur. Sangha, li għandha nazzjonalità Brittanika u Amerikana, kien it-tielet persuna li ngħatat sentenza il-ħabs.

